li ssaħħaħ il-kontenut b’orjentament professjonali ta’ programmi universitarji li jwasslu għal lawrja fit-traduzzjoni
OTCT hi Sħubija strateġika tal-Erasmus+. L-akronomu jfisser Optimising Translator Training through Collaborative Technical Translation / L-Aħjar Użu mit-Taħriġ tat-Tradutturi permezz tal-Kollaborazzjoni fit-Traduzzjoni Teknika. L-għan hu li tissaħħaħ l-integrazzjoni ta’ prattiċi b’orjentament professjonali fil-kurrikulum tat-taħriġ tat-tradutturi.
Studenti minn 7 Universitajiet Ewropej jieħdu sehem f’sessjonijiet intensivi ta’ traduzzjoni teknika b’mod kollaborattiv, f’kundizzjonijet li jissimulaw ir-realtà professjonali. L-għalliema jaqsmu wkoll prattiċi tajbin u riżorsi ta’ taħriġ u tagħlim ibbażati fuq twettiq ta’ proġetti.
IMSIEĦBA
The map ID you have entered does not exist. Please enter a map ID that exists.
TRADUTECH EWROPEA
L-istudenti jsiru familjari mal-ġestjoni ta’ proġetti ta’ traduzzjoni permezz tal-implimentazzjoni tas-sessjonijiet Tradutech.
L-istudenti jaħdmu f’kundizzjonijiet li jissimulaw ir-realtà professjonali u għalhekk iwaqqfu timijiet u aġenziji biex jittraduċu dokumenti tekniċi komuni.